Għawm
Għawm: Rekord nazzjonali ġdid għal Sasha Gatt fl-400m freestyle

Sasha Gatt kissret ir-rekord nazzjonali li kien tagħha stess fil-kategorija tal-għawm tal-freestyle.

Gatt għamlet dan ir-rekord nazzjonali ġdid u Rekord tal-Age Group D fl-400m freestyle f’ħin ta’ 4.18.58.

Ir-rekord preċedenti kien ġie stabbilit minnha stess fi Frar 2021.

L-Aquatic Sports Association ta’ Malta qed tospita Summer Olympic Qualifying Meet fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Dan huwa avveniment ta’ kwalifikazzjoni approvat mill-FINA mifrux fuq jumejn u jintemm għada.

 

Miktub minn...
TVM Sport