Għawm – rekord nazzjonali għal Andrew Chetcuti fit-tama li jikkwalifika għal Rio l-Brażil

Għawm

Membri tat-team nazzjonali tal-Għawm bħalissa qed jieħdu sehem fil-EuroMeet 2016 fil-Lussemburgu.

Kompetizzjoni għal għawwiema li permezz tagħha qed jaspiraw li jiksbu ħinijiet tajbin u li jgħinuhom jikkwalifikaw għall-Olimpjadi iktar tard din is-sena f’Rio l-Brażil.

L-għawwiem Malti Andrew Chetcuti huwa fost dawk li qed jieħdu sehem, fejn kellu hin tajjeb ta’ 24.47 sekondi fil-ħamsin metru Fly biex kiser ir-rekord Nazzjonali.

Hin li jpoġġiħ f’posizzjoni b’saħħitha qabel it-tellieqa tal-50 metru u l-100 metru freestyle il-Ħadd filgħodu.

Miktub minn...
Rodney Vassallo