Għawm
Għawm – rizultati tajbin barra minn Malta għal Francesca Falzon Young u Mya Azzopardi

Fl-Għawm, Francesca Falzon Young kisret zewġ rekords fuq distanza qasira waqt il-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-Ispeedo Meet f’Dubaj.

Francesca għamet fil-mitejn metru freestyle f’ħin tajjeb ta’ zewġ minuti, erbgħa punt sebgħa sitta ta’ sekonda.

Il-ħin ta’ qabel għaliha kien ta’ zewġ minuti, sitta punt ħamsa sitta ta’ sekonda.

Aktar tard l-għawwiema promettenti għamet ukoll b’suċċess fil-mitt metru Freestyle din id-darba f’ħin ta’ sebgħa u ħamsin punt zero tmienja ta’ sekonda.

Min-naħa tagħha, Mya Azzopardi ħadet sehem f’Open fl-Italja li sar f’Riccione, hemmhekk hija kkompetiet fil-mitejn metru medley u stabilixxiet ħin tajjeb ta’ zewġ minuti, wieħed u għoxrin punt disgħa sebgħa ta’ sekonda.

Ir-rekord preċedenti kien ta’ zewġ minuti, tnejn u għoxrin punt sitta tmienja ta’ sekonda li Mya stabbiliet propju f’Ruma x-xahar illi għadda.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Tliet għawwiema Maltin irnexxielhom jiksru rekords Nazzjonali ġodda waqt l-14 -il edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm Short Course tal-FINA. F’dan il-kampjonat li sar f’Hangzhou, ċ-Ċina, spikkaw Francesca Falzon, Young, Michael Stafrace, Mya…

Għawm

Dylan Cachia u Sarah Demicoli rebħu l-kampjonat tal-Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming. Dawn iż-żewġ għawwiema, għal darb’oħra ddominaw dan il-Kampjonat, li kien jikkonsistu f’ħames tlielaq fuq żewġ kilometri, u…

Għawm

Xi ftit qtugħ ta’ nifs għal dawk li jibżgħu mill-għoli, filwaqt li tista’ tkun l-għaxqa għal dawk li jħobbu l-baħar. Fl-ewwel Red Bull Cliff Diving World Series li saret f’Texas,…

Għawm

Fil-kompetizzjoni internazzjonali Strock Atus li saret fi Graz l-Awstrija, l-għawwiema Maltija Mya Azzopardi kisbet rekord nazzjonali ġdid meta fil-200 metru medley tal-individwali għamlet ħin ta’ 2 minuti u 26 sekonda…

Aktar