Għawm
Għawm – Sasha Gatt tikser ir-rekord nazzjonali fl-1,500 metru u tgħaddi għall-finali

Riżultat pożittiv ħafna għall-għawwiema Sasha Gatt li qiegħda tikkompeti fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm taż-Żgħażagħ li qed isiru f’Ruma.

Sasha Gatt kienet qed tikkompeti fir-rawnd preliminari tal-1,500 metru freestyle u rnexxielha mhux biss tagħmilha għall-finali, imma tikser ir-rekord nazzjonali. Gatt għamlet ħin ta’ 16-il minuta, 50.47 sekondi biex spiċċat fir-raba’ post fil-heat tagħha. B’hekk kisret ir-rekord tagħha stess bi kważi tliet sekondi li waqqfet fl-Islovakkja f’Marzu li għadda.

Sasha Gatt temmet fis-seba’ post overall, u allura għada ser tieħu sehem fil-finali.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA