Motorsport
Gianluca Dingli jikkompeti fil-Kampjonat tar-Rok Cup fl-Adria International Raceway fl-Italja

Is-sewwieq Malti tal-GoKart Gianluca Dingli kien impenjat billi kkompeta fil-kampjonat Taljan tar-Rok Cup f’Adria International Raceway fl-Italja. Ma kinitx ġimgħa faċli ddominata bi problemi tekniċi u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. L-abilità u d-determinazzjoni ta’ Dingli fit-tellieqa finali, taħt xita qawwija, waslet biex spiċċa t-tellieqa fis-6 post fost 12-il sewwieq li kkompetew fil-klassi tiegħu. Dingli saq mat-tim Taljan ta’ Zanchi Motorsport u hu kien l-aqwa sewwieq fit-tim tiegħu. Din it-tellieqa serviet ukoll bħala preparazzjoni għall-avveniment li jmiss fejn Dingli se jikkompeti fir-Rok Cup International World Finals li ser isiru f’Ottubru fiċ-ċirkwit ta’ South Garda Karting f’Lonato l-Italja.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021….

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Aktar