Futbol internazzjonali
Gianluigi Donnarumma jiffirma kuntratt ta’ 5 snin ma’ PSG

Il-goalkeeper Taljan Gianluigi Donnaruma ngħaqad ma’ Paris Saint-Germain b’kuntratt ta’ ħames snin. Donnarumma telaq lil Milan fi tmiem l-istaġun wara li ntemmlu l-kuntratt u kien diġà ftiehem fil-prinċipju mal-Pariġini li ser jingħaqad magħhom wara l-edizzjoni tal-EURO 2020.

Donnarumma rebaħ l-EURO 2020 flimkien mat-tim Taljan, u saħansitra ntagħżel bħala l-goalkeeper tat-turnew. Donnarumma kien determinanti fl-istaġun li għadda ma’ Milan meta għenhom jispiċċaw fit-tieni post tas-Serie A u b’hekk akkwistaw post fil-UEFA Champions League għall-istaġun li ġej.

Ginaluigi Donnarumma kien ilu sitt staġuni ma’ Milan fejn lagħab magħhom 215-il darba fis-Serie A, filwaqt li huwa wkoll l-iżgħar goalkeeper Taljan li qatt lagħab mat-tim nazzjonali fl-età ta’ 17-il sena 189 ġurnata fl-2016.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA