Gymnastics
Ġinnastika: Aktar suċċessi għall-ġinnasti Maltin fil-Latvja

Gymstars Gymnastics Club ipparteċipaw fit-23 edizzjoni ta’ Tigers Cup li saret fil-belt kapitali tal-Latvja Riga. Flimkien mal-pajjiż organizzattiv, ħadu sehem ukoll Malta, il-Belarus, il-Kazakhstan, l-Użbekistan, ir-Russja, l-Ukrajna, il-Litwanja u l-Irlanda.

Il-ġinnasta Tara Vella Clark ipparteċipat fil-kategorija Junior filwaqt li Elena Bondin u Philippa Busuttil ikkompetiet fil-kategorija tal-Youths. Dawn it-tfajliet jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali tal-Junior u l-Pre-Junior u din il-kompetizzjoniserviet sabiex jippreparaw ruħhom għall-kompetizzjonijiet l-oħra li għandhom matul din is-sena. Din kienet ukoll l-ewwel kompetizzjoni ta’ dawn l-atleti għal din is-sena.

Tara Vella Clark, Philippa Busuttil u Elena Bondin ikkompetew fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni u anke fil-kompetizzjoni riservata għat-timijiet.

Fil-kategorija tal-Youths, Philippa Busuttil u Elena Bondin spiċċaw fl-10 post u fil-21 post rispettivament fi grupp li kien magħmul minn ġinnasti ta’ livell għoli ħafna.

Philippa Busuttil spiċċat fl-ewwel post fil-kompetizzjoni Uneven Bars.

Fil-kategorija Junior, Tara Vella Clark ġiet fit-tielet post overall u kkwalifikat għall-kompetizzjonijiet finali tal-Vault, Uneven Bars, Beam and Floor

Tara Vella Clark, li kkompetiet fil-finali tas-Sibt li għadda fil-katogorija Junior fl-erba’ apparatus spiċċat fl-ewwel post fil-Vault, fit-tielet post fl-uneven Bars, fl-ewwel post fil-Beam u fit-tieni post fil-Floor.

Tara Vella Clark qed tipprepara ruħha għall-kampjonati Ewropej li se jsiru f’Pariġi bejn is-26 t’April u l-4 ta’ Mejju filwaqt li se tkun qed tieħu sehem fil-logħob internazzjonali tat-Tazza Ukrena fl-aħħar ta’ dan ix-xahar flimkien ma’ żewġ ġinnasti oħra u 22 federazzjoni oħra.

Fl-istess waqt, Philippa Busuttil, li għad għandha 12-il sena qed turi l-abbiltajiet tagħha mhux biss lokalment iżda wkoll internazzjonalment filwaqt li Elena Bondin qed tħejji ruħha għall-Island Games li se jsiru f’Mejju li ġej f’Mallorca.

Id-delegazzjoni kienet tikkonsisti mill-kowċ Nataliya Berehova u Francesca Borg bħala judge kwalifikata Maltija.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Gymnastics

Tliet ġinnasti femminili li jiffurmaw parti mill-Gymstars Gymnastics Club jinsabu l-Latvija sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni tal-Ġinnastika internazzjonali. Dawn huma Tara Vella Clark, Philippa Busuttil u Elena Bondin. Dawn it-tliet tfajliet…

Sport Lokali

Gymstars Gymnastics Club għadhom kemm ipparteċipaw f’avveniment internazzjonali f’Novi Sad fis-Serbja fejn kisbu riżultati pożittivi. It-turnament, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw għalih diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija, is-Serbja,…

Gymnastics

L-Amerikana Simone Biles saret l-aktar ġinnastika li rebħet midalji tad-deheb f’kampjonat dinji. Dan wara li fi Stuttgart, il-Ġermanja, hija rebħet il-finali tal-beam u l-floor biex tellgħet ir-rekord ta’ 25 midalja….

Aktar