
L-atleta żagħżugħa Maltija Ella Borg se tkun qed tikkompeti fil- Junior World Artistic Gymnastics Championships 2019 fi Györ, l-Ungerija, bejn is-27 u t-30 ta’ Ġunju.
Il-kompetizzjoni hija meqjusa prestiġjuża minħabba li għandha format simili għall-Olimpjadi. Kull pajjiż jista’ jiġi rrappreżentat minn massimu ta’ tliet ġinnasti, imma fil-każ ta’ Malta li ma kkwalifikatx għall-Youth Olympic Games, tista’ tieħu sehem ġinnasta waħda biss. Ella Borg hija l-highest junior scorer u champion nazzjonali Maltija għal dawn l-aħħar tmien snin.
Ella ħadet sehem f’bosta kompetizzjonijiet ta’ livell għoli fejn rebħet diversi midalji kif ukoll l-‘Isport Malta People’s Choice Awards’ fl-2018, apparti li kienet ukoll finalista fil-kategorija taż-Żagħżugħa tas-Sena.
Ella titlaq għall-Ungerija fil-23 tax-xahar għat-taħriġ uffiċjali u l-fażi tal-kwalifikazzjoni. Hija se tkun akkumpanjata mill-kowċ Nataliya Pantileeva,