Gymnastics
Ġinnastika: It-tim Amerikan tan-Nisa jirbaħ il-Kampjonati Dinjija għall-ħames sena konsekuttiva

Fil-Kampjonati Dinjija tal-Ġinnastika, it-tim tan-nisa Amerikan reġa’ kien fl-aqwa tiegħu u fi Stuttgart rebaħ il-ħames titlu konsekuttiv. L-aqwa ġinnasta Amerikana kienet ċertament Simone Biles li rebħet l-aktar unuri f’dawn il-Kampjonati. L-Amerikani rari għamlu xi żball matul il-kompetizzjoni kollha, u b’kollox ġabru 172.330 punti, 5.801 punti aktar mir-Russi li spiċċaw fit-tieni post. Matul dawn il-kampjonati, Simone Biles kisret ir-rekord li kellha r-Russa Svetlana Khorkina, meta rnexxielha tirbaħ numru kbir ta’ midalji, biex tellgħet it-total ta’ 21 midalja. L-aħħar tragward ta’ Biles matul dawn il-Kampjonati Dinjija hu li tirbaħ minn tal-inqas żewġ midalji oħra biex tilħaq ir-rekord ta’ Vitaly Scherbo tal-Belarus.

It-tim Taljan irnexxielu jispiċċa fit-tielet post biex b’hekk rebħu midalja sa mill-1950, filwaqt li ċ-Ċina ma rnexxilhomx jiksbu post fuq il-podju għall-ewwel darba fl-aħħar 16-il sena.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Gymnastics

L-Amerikana Simone Biles saret l-aktar ġinnastika li rebħet midalji tad-deheb f’kampjonat dinji. Dan wara li fi Stuttgart, il-Ġermanja, hija rebħet il-finali tal-beam u l-floor biex tellgħet ir-rekord ta’ 25 midalja….

Gymnastics

L-Amerikana Simone Biles saret l-ewwel mara li rebħet il-ħames titli all-around tal-ġinnastika fil-kampjonati dinjija li qed isiru fi Stuttgart, fil-Ġermanja. Ir-rebħa tagħat lil Biles is-16-il Midalja tad-Deheb fil-kampjonati dinjija fil-karriera…

Sport Lokali

L-atleta żagħżugħa Maltija Ella Borg se tkun qed tikkompeti fil- Junior World Artistic Gymnastics Championships 2019 fi Györ, l-Ungerija, bejn is-27 u t-30 ta’ Ġunju. Il-kompetizzjoni hija meqjusa prestiġjuża minħabba…

Aktar