Gymnastics
Ġinnastika: L-Amerikana Simone Biles issir l-ewwel mara li rebħet il-ħames titli ‘all-around’ fil-kampjonati dinjija

L-Amerikana Simone Biles saret l-ewwel mara li rebħet il-ħames titli all-around tal-ġinnastika fil-kampjonati dinjija li qed isiru fi Stuttgart, fil-Ġermanja.

Ir-rebħa tagħat lil Biles is-16-il Midalja tad-Deheb fil-kampjonati dinjija fil-karriera tagħha.

Hi rebħet diġà il-kampjonat dinji tal-ġinnastika fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2018.

Biles għamlet punteġġ ta’ 14.40 biex spiċċat qabel iċ-Ċiniża Tang Xijing li spiċċat fit-tieni post.

Biles ta’ 22 sena hi meqjusa bħala l-aqwa ġinnasta ta’ kull żmien.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Gymnastics

Gymstars Gymnastics Club ipparteċipaw fit-23 edizzjoni ta’ Tigers Cup li saret fil-belt kapitali tal-Latvja Riga. Flimkien mal-pajjiż organizzattiv, ħadu sehem ukoll Malta, il-Belarus, il-Kazakhstan, l-Użbekistan, ir-Russja, l-Ukrajna, il-Litwanja u l-Irlanda….

Gymnastics

Tliet ġinnasti femminili li jiffurmaw parti mill-Gymstars Gymnastics Club jinsabu l-Latvija sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni tal-Ġinnastika internazzjonali. Dawn huma Tara Vella Clark, Philippa Busuttil u Elena Bondin. Dawn it-tliet tfajliet…

Sport Lokali

Gymstars Gymnastics Club għadhom kemm ipparteċipaw f’avveniment internazzjonali f’Novi Sad fis-Serbja fejn kisbu riżultati pożittivi. It-turnament, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw għalih diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija, is-Serbja,…

Aktar