Oħrajn
Ġinnastika: Laura Zeng sospiża sitt xhur minħabba doping

Laura Zeng, il-ġinnasta numru 1 tal-Istati Uniti, u r-rebbieħa ta’ ħames midalji tad-Deheb fil-Logħob Pan Am, ġiet sospiża sitt xhur minn kull attività sportiva wara li ttestjat pożittiva mill-USADA għal sustanza projbita.

L-USADA hi l-Aġenzija fl-Istati Uniti għall-kontra d-doping.

Zeng kienet irrapreżentat lill-Istati Uniti fil-Logħob Olimpiku ta’ Rio De Janeiro fl-2016. Din l-aħbar ingħatat fi stqarrija uffiċjali mill-USADA stess.

Zeng provdid evidenza li s-sustanza li ħadet kienet biss fuq ċertifikat mediku wara fl-istess żmien kienet ħassitha ma tiflaħx, madankollu d-deċiżjoni finali kienet dik li s-sospensjoni ta’ 6 xhur tibqa’ tgħodd.

Is-sospensjoni ta’ Zen bdiet tgħodd mit-18 ta’ Ottubru li għadda, il-ġurnata li kienu sarula t-testijiet.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Aktar