Gymnastics
Ġinnastika: Simone Biles twaqqaf rekord personali ta’ 25 midalja tad-deheb

L-Amerikana Simone Biles saret l-aktar ġinnastika li rebħet midalji tad-deheb f’kampjonat dinji. Dan wara li fi Stuttgart, il-Ġermanja, hija rebħet il-finali tal-beam u l-floor biex tellgħet ir-rekord ta’ 25 midalja. Malli Biles rebħet id-deheb fil-beam, hija qabżet ir-rekord li kien f’idejn Vitaly Scherbo tal-Belarus, li kienet rebħet 23 midalja tad-deheb, sakemm aktar tard irnexxielha tiddefendi l-midalja tad-deheb fil-floor biex għamlithom 25.

Biles kienet fl-aqwa tagħha fi Stuttgart tant li rebħet ħames midalji tad-deheb f’sitt events individwali u b’hekk kellha l-aqwa preparazzjoni għall-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Għal Biles dawn jistgħu jfissru l-ħames Olimpjadi li fihom tirbaħ id-deheb, meta diġa’ għamlet dan fl-erba’ edizzjonijiet preċedenti.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

Gymstars Gymnastics Club għadhom kemm ipparteċipaw f’avveniment internazzjonali f’Novi Sad fis-Serbja fejn kisbu riżultati pożittivi. It-turnament, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw għalih diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija, is-Serbja,…

Gymnastics

L-Amerikana Simone Biles saret l-ewwel mara li rebħet il-ħames titli all-around tal-ġinnastika fil-kampjonati dinjija li qed isiru fi Stuttgart, fil-Ġermanja. Ir-rebħa tagħat lil Biles is-16-il Midalja tad-Deheb fil-kampjonati dinjija fil-karriera…

Gymnastics

Fil-Kampjonati Dinjija tal-Ġinnastika, it-tim tan-nisa Amerikan reġa’ kien fl-aqwa tiegħu u fi Stuttgart rebaħ il-ħames titlu konsekuttiv. L-aqwa ġinnasta Amerikana kienet ċertament Simone Biles li rebħet l-aktar unuri f’dawn il-Kampjonati….

Aktar