Sport Lokali
Ġinnastika: Suċċess Malti fis-Serbja

Gymstars Gymnastics Club għadhom kemm ipparteċipaw f’avveniment internazzjonali f’Novi Sad fis-Serbja fejn kisbu riżultati pożittivi.

It-turnament, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw għalih diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija, is-Serbja, l-Afrika t’Isfel, Dubai, is-Slovenja, il-Kroazja, il-Ġermanja u l-Polonja.

Il-kontinġent Malti kien iffurmat minn Philippa Busuttil, Lyana Curmi Inguanez u Faith Cassar li kollha kkompetew fl-ewwel kategorija ta’ din il-kompetizzjoni.

Il-ġinnasti żgħażagħ Rihanna Sullivan, Tara Vella Clark and Elena Bondin ħadu sehem fit-tieni kategorija filwaqt li l-ġinnasta Leah Barber kienet fl-azzjoni f’kategorija oħra ta’ dan l-avveniment.

Philippa Busuttil spiċċat fl-ewwel post overall u kkwalifikat għall-finali tal-Vault, Bars, Beam and Floor. Hi temmet din il-kompetizzjoni fit-tielet post u ħadet il-midalja tad-deheb fil-Bars.

Lyana Curmi Inguanez spiċċat fid-19-il post overall u waslet fil-finali tal-Floor filwaqt li Faith Cassar ħadet it-28 pożizzjoni overall.

Tara Vella Clark kisbet it-tieni post u waslet fil-finali tal-Vault, Bars, Beam and Floor. Vella Clark ġiet it-tielet fil-Vault u rebħet il-kompetizzjoni tal-Bars and Beam filwaqt li ġiet it-tieni fil-floor.

Rihanna Sullivan kisbet is-seba’ post u waslet sal-finali tal-Vault and Bars.

Il-ġinnasta Elena Bondin spiċċat fis-17-il post filwaqt li Ella Borg kisbet il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni overall. Borg rebħet ukoll il-kompetizzjoni Beam filwaqt li ġiet it-tielet fil-Floor.

Gymstars Gymnastics Club kienu ferm kuntenti b’dan is-suċċess li nkiseb u rringrazzjaw lill-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika u l-Kumitat Olimpiku Malti għas-sostenn tagħhom. Fuq kollox huma xtaqu jroddu ħajr ukoll lill-kowċ Nataliya Berehova tax-xogħol siewi li għamlet mal-ġinnasti Maltin.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

L-Assoċjazzjonijiet Sportivi kollha, ilbieraħ filgħaxija, kellhom għalfejn joħorġu daħkana mis-sala fejn saret is-serata tal-IsportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, hekk kif is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, f’indirizz tal-okkażjoni, żvela kif għat-tliet snin…

Rugby

Rugby: Aħbar ta’ niket mill-Awstralja hekk kif Rowan Baxter, l-ex plejer Awstraljan tar-rugby, neħħa ħajtu b’idu wara li sakkar lil martu u lit-tliet uliedu fil-karozza, ħasilha bil-fuel u taha n-nar….

Atletika

L-Etijopjana Ababel Yesaneh kellha wirja kbira fin-nofs maratona li saret fl-Arabja Sawdija billi kissret ir-rekord dinji b’20 sekonda. Yeshaneh qabżet il-finish line f’siegħa, 4 minuti u 31 sekonda fit-tellieqa World…

Pool

Il-plejer nazzjonali Malti tal-pool Dejan Grech, ftit tal-ħin ilu sar Champion Ewropew tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena. Grech għeleb fil-finali lil Morgan Thomas tal-Irlanda 7 frames għal 3. Dan hu…

Aktar