Gymnastics
Ġinnastika: Tliet ġinnasti fil-Latvja għall-kompetizzjoni internazzjonali

Tliet ġinnasti femminili li jiffurmaw parti mill-Gymstars Gymnastics Club jinsabu l-Latvija sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjoni tal-Ġinnastika internazzjonali. Dawn huma Tara Vella Clark, Philippa Busuttil u Elena Bondin. Dawn it-tliet tfajliet jagħmlu parti mit-tim nazzjonali Malti u dan it-turnament se jservihom ta’ preparazzjoni għall-kompetizzjonijiet oħra li se jkunu qed isiru matul din is-sena. Għalihom din hi wkoll l-ewwel kompetizzjoni għal din is-sena 2020.

Tara Vella Clark qed tipprepara għall-kampjonat Ewropew li se jsir f’Pariġi matul ix-xahar id-dieħel filwaqt li f’avveniment ieħor hi se tkun qed tipparteċipa ma’ żewġ ġinnasti oħra f’kompetizzjoni ta’ 32 pajjiż fl-Ukrajna.

Mill-banda l-oħra Philippa Busuttil għad għandha biss 12-il sena u diġa’ bdiet turi l-abbiltajiet tagħha mhux biss fuq livell lokali iżda wkoll internazzjonali.

Elena Bondin tinsab lesta sabiex aktar tard matul din is-sena tirrapreżenta lil Malta fl-Island Games li se jsiru f’Mallorca.

Sadanittant f’dan it-turnament li għaddej bħalissa fil-Latvja qed jieħdu sehem diversi pajjiżi fosthom ir-Russja, il-Kazakhztan, l-Irlanda, l-Latja, l-Ukrajna, il-Belarus, il-Litwanja u l-Użbekistan.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Gymnastics

Gymstars Gymnastics Club ipparteċipaw fit-23 edizzjoni ta’ Tigers Cup li saret fil-belt kapitali tal-Latvja Riga. Flimkien mal-pajjiż organizzattiv, ħadu sehem ukoll Malta, il-Belarus, il-Kazakhstan, l-Użbekistan, ir-Russja, l-Ukrajna, il-Litwanja u l-Irlanda….

Sport Lokali

Gymstars Gymnastics Club għadhom kemm ipparteċipaw f’avveniment internazzjonali f’Novi Sad fis-Serbja fejn kisbu riżultati pożittivi. It-turnament, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ipparteċipaw għalih diversi pajjiżi fosthom il-Bulgarija, is-Serbja,…

Gymnastics

L-Amerikana Simone Biles saret l-aktar ġinnastika li rebħet midalji tad-deheb f’kampjonat dinji. Dan wara li fi Stuttgart, il-Ġermanja, hija rebħet il-finali tal-beam u l-floor biex tellgħet ir-rekord ta’ 25 midalja….

Aktar