Futbol lokali
Giovanni Tedesco jirreżenja minn ma’ Ħamrun Spartans

Giovanni Tedesco irreżenja minn kowċ ta’ Ħamrun Spartans. Il-kowċ Taljan daħħal l-ittra ta’ riżenja fil-kwartieri tal-MFA dan minkejja li kien jonqsu sena oħra kuntratt. Kif ħabbar TVM Sport fil-ġranet li għaddew, jidher li Tedesco mistenni li jieħu l-offerta ta’ Gżira United sabiex imexxi lill-Maroons għall-istaġun li jmiss. Ma’ Ħamrun il-kowċ Taljan kiseb ir-raba’ post fejn għad hemm il-possibilta’ li huma jidħlu fl-Ewropa wara nuqqas ta’ kważi tletin sena, jiddependi mir-riżultat tal-finali tal-FA Trophy.

Intant aħbar oħra negattiva għall-Ispartans fejn tpoġġiet projbizzjoni fil-konfront tagħhom wara l-ilmenti li fetaħ Njongo Priso. Il-każ huwa dwar inċident li kien inqala waqt it-taħriġ bejn Priso u l-Sebastian Nayar fejn Priso ġie mmultat € 3,000 u ntemmlu l-kuntratt. Il-klabb ta’ Ħamrun Spartans ser jappella mis-sentenza u ser jirrispetta d-deċizjoni biex ikun jista jkun attiv fis-suq tat-trasferimenti.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Steve D’Amato m’għadux coach ta’ Naxxar Lions… bil-probabbilta’ kollha tkun li se jissieħeb ma’ team tal-Premier. Fl-istaġun li għadu kif spiċċa D’Amato mexxa lil Naxxar għar-raba’ post fil-Kampjonat BOV 1…

Futbol lokali

Id-difensur ta’ Hibernians Andrei Agius rebaħ għall-ewwel darba l-unur tal-Player tas-Sena tal-MFA . Agius kien kolonna fid-difiża ta’ Hibernians li kellhom staġun pożittiv minkejja li dawn spiċċaw mingħajr ma’ rebħu…

Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Aktar