Ċikliżmu
Giro d’Italia: Cesare Benedetti jirbaħ it-12-il stadju, Jan Polanc bil-flokk ir-roża

Fit-12-il stadju, kien it-Taljan Cesare Benedetti li ħareġ rebbieħ u b’hekk ħa l-ewwel rebħa fil-Giro fil-karriera tiegħu. Din kienet l-ewwel tellieqa tal-Giro d’Italia fl-Alpi fuq distanza ta’ 158 kilometru minn Cuneo sa Pinerolo.

Valerio Conti tilef il-flokk ir-roża wara stadju xejn feliċi għalih, għaliex mhux biss tilef l-ewwel post tal-klassifika, imma spiċċa niżel fit-tielet post, bi kważi 4 minuti distakk mill-iSloven Jan Polanc li jinsab fil-quċċata. Fil-fatt Polanc kellu jistenna ftit minuti mhux ħażin sakemm kien ċert li ser jieħu l-flokk ir-roża, b’Roglic iżomm it-tieni post fil-klassifika.

Illum isir it-13-il stadju tal-Giro d’Italia minn Pinerolo sa Ceresole Reale fuq distanza ta’ 196 kilometru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Waqt il-laqgħa riċenti tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u fuq rakkomandazzjoni tal-Uffiċjali tal-istess Federazzjoni, kien deċiż li ż-żewġ kampjonati għal din is-sena biss isiru fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex…

Ċikliżmu

It-tliet darbiet Champion tad-Dinja Peter Sagan qal li se jkun qed jaqbeż ħafna mill-one-day classics ta’ din is-sena biex ikun jista’ jikkompeti fil-Giro d’Italia u t-Tour de France. Sagan, ta’…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: L-organiżaturi tat-Tour ta’ Spanja magħruf bħala l-Vuelta ħabbru li kellhom jagħmlu xi bidliet f’xi tappi minħabba l-pandemija COVID-19. L-Ibliet ta’ Puebla de Sanabria u Salamanca issa se jospitaw tappa…

Aktar