Ċikliżmu
Giro d’Italia: Pascal Ackermann jirbaħ it-tieni stadju

Il-Ġermaniż Pascal Ackermann ma setax kellu debutt aħjar fil-Giro d’Italia meta rebaħ it-tieni stadju ta’ din it-tellieqa. Fuiq distanza ta’ 205 kilometri minn Bologna, Ackermann kien eċċellenti fl-isprint finali u għeleb l-isfida tal-Franċiż Olivier Le Gac li spiċċa żelaq quddiemu, imbagħad qabeż ukoll lit-Taljan Elia Viviani u l-Awstraljan Caleb Ewan.

L-Isloven Primoz Roglic żamm il-jersey ir-roża wara li għallinqas żamm mal-peloton f’ġurnata bix-xita mill-Emilia-Romagna sat-Toscana. Mal-bidu tat-tellieqa kienu tmien ċiklisti li ħarbu fuq quddiem, imma ċ-ċiklisti ta’ warajhom xorta żammew il-pass, u Ackermann kien wieħed minnhom. Skont Ackermann, malli waslu għall-isprint finali xamm li seta’ joħroġ rebbieħ u allura qadef kemm felaħ biex fl-aħħar fl-aħħar irnexxielu jirbaħ stadju fid-debutt tiegħu fil-Giro.

Illum isir it-tielet stadju, minn Vinci s’Orbetello fuq distanza ta’ 220 kilometru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Iċ-ċiklisti ta’ Lotto-Soudal attendew għall-funeral ta’ seħibhom Bjorg Lambrecht ġimgħa wara l-mewt tiegħu fit-Tour tal-Polonja. Lambecht ta’ 22 sena miet wara inċident fit-tielet stadju tat-tour. Kienu sħabu ċ-ċiklisti stess li…

Aktar