Ċikliżmu
Giro d’Italia: Richard Carapaz jirbaħ ir-raba’ tappa

Ċikliżmu: Fil-Giro d’Italia llum kien Richard Carapaz mill-Ekwador li rebaħ ir-raba’ tappa fuq distanza ta’ 235-km.

L-iSloven Primoz Roglic żamm il-flokk ir-roża hekk kif iċ-champion renjanti Tom Dumoulin illum tilef xejn inqas minn erba’ minuti minn mal-leader wara li kien involut f’inċident ma’ diversi ċiklisti oħra. L-Olandiż Dumoulin deher jaqsam il-linja finali tat-tappa tal-lum bid-demm nieżel minn irkuptejh. Il-Ħames tappa dik ta’ għada hi fuq distanza ta’ 140 km bejn Frascati u Terracina.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Fit-12-il stadju, kien it-Taljan Cesare Benedetti li ħareġ rebbieħ u b’hekk ħa l-ewwel rebħa fil-Giro fil-karriera tiegħu. Din kienet l-ewwel tellieqa tal-Giro d’Italia fl-Alpi fuq distanza ta’ 158 kilometru minn…

Ċikliżmu

Fil-11-il stadju tal-Giro d’Italia, l-Awstraljan Caleb Ewan kellu sprint mill-aqwa biex ħareġ rebbieħ quddiem il-Franċiż Arnaud Demare. L-Awstraljan t’24 sena rebaħ it-tieni stadju personali f’dan il-Giro, wara li kien rebaħ…

Ċikliżmu

Il-Franċiż Arnaud Demare rebaħ l-għaxar stadju tal-Giro d’Italia, l-ewwel rebħa f’din it-tellieqa fil-karriera tiegħu. Id-distanza kienet ta’ 145 kilometru minn Ravenna. It-Taljan Elia Viviani daħal fit-tieni post filwaqt li l-Awstraljan…

Ċikliżmu

Ċikliżmu fil-Giro D’Italia illum saret id-disa’ tappa li kienet individual time trial. L-aħjar ħin irreġistraħ Primoz Roglic li b’hekk rebaħ it-tieni tappa personali tal-Giro ta’ din is-sena li saret fuq…

Aktar