Ċikliżmu
Giro D’Italia: Tappa numru 10 mirbuħa mill-Isloven Matej Mohoric

Fil-Giro d’Italia, tappa numru 10 tal-lum mirbuħa mill-Isloven Matej Mohoric li għamel id-distanza ta’ 244 kilometru f’ħin ta’ sitt siegħat u erba’ minuti. It-tieni daħal il-Ġermaniż Nico Denz u fit-tielet post l-Irlandiż Sam Bennett.

Fil-klassifika ġenerali l-ewwel bil-flokk ir-roża jibqa’ il-Brittaniku Simon Yates, it-tieni issa b’distakk ta’ 41 sekonda l-Oalndiż Tom Dumoulin u fit-tielet post b’distakk minn mal-leader ta’ 46 sekonda il-Franċiż Thibaut Pinot. Isegwu Domenico POZZOVIVO, Richard CARAPAZ u George BENNET. Għada l-11 -il tappa minn Assisi sa Osimo.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Simon Yates rebaħ it-titlu tal-Vuelta ta’ Spanja biex l-Ingilterra għaqdet hat-trick ta’ rebbieħa mill-pajjiż tagħha fil-Grand Tours għall-2018. Yates, ta’ 26 sena, iddefenda l-vantaġġ ta’ minuta u 46 sekonda li…

Ċikliżmu

Iċ-champion Nazzjonali tal-Mountain Bike Maurice Formosa u ċ-ċiklist Patrick Scicluna taw prestazzjoni determinsnti fit-tielet edizzjoni tal-Etna Marathon Tour, tellieqa iebsa tal-mountain bike maqsuma fuq ħames stadji fit-terren iebes tal-Etna fi…

Ċikliżmu

Ben King tal-Istato Uniti rebaħ it-tieni tellieqa tiegħu fil-Vuelta ta’ Spanja fid-disa’ stadju tat-tellieqa filwaqt li l-Ingliż Simon Yates sar il-leader overall tal-klassifika li jfisser li bħalissa qed jilbes il-flokk…

Ċikliżmu

Uħud mill-aqwa mountain bikers Maltin se jieħdu sehem fil-Mount Etna Marathon Tour, tellieqa kkunsidrata bħala waħda mill-iktar iebsin fiċ-ċirkwit tal-Mountain bike, bejn l-4 u t-8 ta’ Settembru. L-Etna Marathon Tour…

Aktar