Kickboxing
Gladiators Fight Night: Issir it-22 edizzjoni

Minkejja l-maltemp ikrah li laqat lil gżiritna fil-ġimgħat li għaddew, għexieren ta’ spettaturi xorta attendew bi ħġarhom it-22 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night li saret ġewwa l-padiljun sportiv ta’ Kordin.

Dawk li attendew gawdew lejl ta’ spettaklu mtella’ minn atleti Maltin kif ukoll bosta barranin. Diversi ġellieda Maltin ikkompetew fuq skala għolja ħafna fejn komplew iżidu l-esperjenza fil-karriera tagħhom.

Matul din is-serata saret ukoll il-ġlieda għat-titlu Ewropew ‘Pro/Am Super Light Heavyweight Division’ sanzjonat mill-World Kickboxing Network.

Faris Lukovic issielet kontra l-Ispanjol Juan Antonio Oller Rosillo. Lukovic wera dominanza kbira mill-ewwel rawnd u baqa’ sakemm eventwalment rebaħ b’‘Technical Knockout’ fit-tielet rawnd.

Għalkemm Lukovic huwa Żvediż, huwa rrappreżenta lil Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Kickboxing

Kickboxing: Għada filgħaxija mistennija tittella’ l-erbgħa u għoxrin edizzjoni tal-Gladiators Fight Night fil-Montekristo Estates, fejn numru sostanzjali ta’ atleti Maltin ser ikunu qegħdin jiġġieldu ma diversi atleti barranini. F’dan l-avveniment…

Kickboxing

Il-Ħadd li għadda seħħ għal darboħra il-grading tal-kickboxing mtella’ mill-World Kickboxing Network u Malta Kickboxing Association sabiex numru sostanzjali ta’ studenti tal-arti marzjali setgħu jirċievu ċ-ċintorin rispettiv li tant stinkaw…

Kickboxing

Aktar suċċessi għaż-żewġ kompetituri professjonali ta’ Team Noel Kickboxing Club waqt is-serata ‘Centurion MMA Malta Reciliance’ li ġiet imtella’ nhar is-Sibt 26 ta’ Ottubru. Keith ‘Speed’ Azzopardi u Samuele Andolina…

Aktar