Oħrajn
GO, rekord fil-Ġappun: Ta’ 10 snin se taqleb professjonali

Tifla ta’ 10 snin se tkun waqfet rekord mondjali ġdid hekk kif mill-1 ta’ April li ġej se tibda titħarreġ il-logħba tal-GO bħala plejer professjonali.

Il-logħba tal-GO hi board game popolari ħafna fil-pajjiżi Asjatiċi.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Tokjo, Sumire Nakamura, li bħalissa għandha 9 snin, tkellmet u qalet li tinsab onorata li se tkun qed tkompli tingħata taħriġ speċjali biex issaħħaħ it-talent li għandha għal din il-logħba.

Fl-aħħar snin, Nakamura uriet talent kbir f’din il-logħba u minkejja l-età tagħha, jidher li fil-mument m’hawn ħadd li jista’ jirbħilha f’din il-logħba.

Missier it-tfajla hu wkoll plejer professjonali tal-GO, iżda fi kliemu stess, qatt ma basar li bintu kienet se taqleb professjonali minn età daqshekk żgħira u turi talent tant kbir li saħansitra spiċċat tirbaħ anki lilu kważi dejjem kull meta jilagħbu kontra xulxin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Oħrajn

L-iżfin tal-breakdance jista’ jsir parti mill-isport Olimpiku u se jidħol fis-seħħ mill-edizzjoni ta’ Pariġi 2024. L-organizzaturi kkonfermaw li l-breakdance hu fost erba’ sports oħra li l-organizzaturi se jkunu qed jipproponu…

Oħrajn

Laura Zeng, il-ġinnasta numru 1 tal-Istati Uniti, u r-rebbieħa ta’ ħames midalji tad-Deheb fil-Logħob Pan Am, ġiet sospiża sitt xhur minn kull attività sportiva wara li ttestjat pożittiva mill-USADA għal…

Aktar