Sport Lokali
Golf: bronż għal Malta fil-Litwanja

Midalja tal-bronż għal Malta fil-European Team Shield Championships 2019 tal-golf.

Ħdax-il pajjiż ikkompetew fit-tournament organizzat mill-Assoċjazzjoni Ewropeja tal-Golf fil-Litwanja.

It-team Malti magħmul minn Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien u JJ Micallef ġie l-ewwel fir-round ta’ kwalifikazzjoni imbagħad għeleb lir-Rumanija fil-kwartifinali. Is-semifinali b’danakollu ġabet telfa mal-Greċja.

Il-Maltin issiġillaw il-bronż b’rebħa fuq Liechtenstein fil-partita għat-tielet post; waqt li l-Greċja ħadu d-deheb wara li għelbu lil Ċipru fil-finali.

Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Malta kienet imċaħħda minn pożizzjoni finali aħjar mit-team li eventwalment ħareġ rebbieħ fit-tournament annwali.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

SportMalta, l-entita’ sportiva li tirregola u tippromwovi l-isport f’pajjiżna, rebħet l-unur Be Active Workplace Awards li saru fil-belt kapitali tal-Ungerija Budapest. Preżenti biex jirċievu dan l-unur kien hemm il-kap eżekuttiv…

Bowling

Dennis Mercieca u Sue Abela huma r-rebbieħa tal-Kampjonati BOV tas-Seniors tal-Bowling. Mercieca u Abela telgħu fuq quddiem mill-bidu net fl-ewwel ġurnata fil-kampjonat li ntlagħab fuq 3 ijiem, b’medja għolja ta’…

Rugby

Il-linja tal-ajru ta’ New Zealand ħarġet filmat biex tinki lill-partitarji Irlandiżi qabel il-kwartifinali tas-Sibt fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby. Il-filmat jagħti ‘struzzjonijiet ta’ sigurtà’ lill-partitarji Irlandiżi li għandhom jistennew xi turbulenzi fl-Istadium…

Aktar