Oħrajn
Golf: Dustin Johnson jirbaħ it-titlu FedEx

Dustin Johnson għamel ċert minn rebħa three-shot fit-Tour Championship biex rebaħ it-titlu FedEx u 15-il miljun dollaru fi flus bħala premju.

Johnson ra dan il-PGA Tour Season Tournament jerġa jtellgħu fl-ewwel post tar-rankings mondjali tal-golf.

It-tournament intlagħab fl-East Lake Golf Club.

L-Amerikan ta’ 36 sena irnexxielhu jegħleb l-isfida qawwija li kellu mill-golfisti Justin Thomas u Xander Schauffele.

L-Ispanjol John Rahm ukoll kellu tournament tajjeb ħafna iżda rnexxielhu jidħol biss fir-raba’ post.

Miktub minn...
TVM Sport