Sports Internazzjonali
Golf: James Adducci jirbaħ €1.13-il miljun wara li tefa’ xortih fuq Tiger Woods

Raġel minn Wisconsin li lagħab €75,000 li Tiger Woods jirbaħ il-Masters, rebaħ xejn inqas minn €1.13-il miljun. Woods kellu jiġi minn wara biex rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-aħħar 11-il sena, b’James Adducci jirnexxielu jagħmel fortuna minn dan is-suċċess. Ir-raġel ta’ 39 sena qal li xogħlu huwa ta’ stockbroker u jaħdem minn daru stess, u mill-ewwel ħass li Tiger Woods kien ser jirbaħ il-Masters u ma ddejjaq xejn li jilgħab dawk il-flus kollha fuqu. Skont Adducci, din kienet l-ewwel darba li lagħab fuq l-isport.

Rapporti qegħdin jgħidu li din hija l-akbar somma li qatt intrebħet minn biljett wieħed tal-golf fl-istorja tal-kumpanija William Hill fl-Istati Uniti. Ma kenitx biss din il-kumpanija tal-logħob li ħasset l-effett tar-rebħa ta’ Tiger Woods, għaliex kienu ħafna dawk li lagħbu l-flus li l-golfer ta’ 43 sena jirbaħ il-Masters.

Għalkemm James Adducci u diversi nies oħra kisbu fortuna għaliex lagħbu fuq Tiger Woods, minn TVM Sport nappellaw li meta wieħed jilgħab, għandu jagħmel dan b’għaqal u bi ħsieb.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

L-istilla Russu tal-BMX, Irek Rezaev, saq fuq is-saqaf u l-ħitan tal-Kazan Kremlin l-antik. Sabiex dan ikun possibbli, Rizaev bena skate park li ġie jaqta’ ħafna mal-bini antik tat-torrijiet storiċi u…

Sports Internazzjonali

Ir-Russu Daniil Medvedev irnexxielu jirbaħ il-Masters 1000 f’Cincinnati dan wara li fil-finali huwa għeleb lil David Goffin bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4. Medvedev salva żewġ break points hekk kif kien qed…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mmexxi mill-President Thomas Bach irreġistra tilwima mal-CONI l-Kumitat Olimpiku taljan hekk kif il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jinsisti li l-CONI jindirizza flimkien mal-Gvern taljan is-sitt punti li qed…

Aktar