Golf
Golf: L-ex captain tal-Istati Uniti Steve Stricker kontra li r-Ryder Cup issir mingħajr partitarji

L-ex captain tat-tim nazzjonali tal-golf tal-Istati Uniti, Steve Stricker, qal li jekk ir-Ryder Cup issir mingħajr partitarji se jkun avveniment li jraqdek.

Ir-Ryder Cup tal-golf hu wieħed mill-ikbar tournament fil-kalendarju annwali ta’ dan l-isport u din is-sena kien skedat li jsir bejn il-25 u s-27 ta’ Settembru.

Il-kalendarju annwali tal-golf ħa daqqa kbira minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u tlieta mill-erbgħa tournaments maġġuri ġew ikkanċellati.

Stricker qal li l-isport tal-golf u sabiħ għax il-partitarji jżommu s-silenzju fil-mument tal-kolp u jinfexxu f’ċapċipa kbira hekk kif il-ballun jasal viċin it-toqba.

Rapporti qegħdin jgħidu li dan ix-xahar se jiġi deċiż hux se jsir il-PGA tal-Istati Uniti u l-European Tour.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Golf

Ir-Ryder Cup ta’ din is-sena li kienet skedata lejn l-aħħar ta’ Settembru ġiet posposta sal-2021 minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Ir-Ryder Cup kellha tintlagħab f’Wisconsin u l-aħbar għamluha uffiċjali l-organizzaturi stess. Ir-Ryder…

Golf

It-tour Ewropej tal-golf se jkun qed jitkompla bl-ewwel tournament li se jkun il-British Masters u jibda fit-22 ta’ Lulju. Il-golf ilu sospiż minn Marzu minħabba l-pandemija tal-COVID-19. L-avvenimenti se jkunu…

Golf

Il-plejer numru wieħed tal-golf fid-dinja Rory McIlroy qal li jippreferi li r-Ryder Cup tiġi posposta milli ssir mingħajr septtaturi. L-organizzaturi tar-Ryder Cup jinsabu ndeċiżi dwar jekk għandhomx jipposponu dan it-tournament…

Golf

Tħabbret il-mewt ta’ Doug Sanders, il-leġġenda Amerikan tal-golf. Sanders jibqa’ magħruf bħala l-aktar plejer tal-golf li kien viċin li jegħleb lil Jack Nicklaus fl-1970 u jirbaħ l-Open tal-Ingilterra. Il-Federazzjoni PGA…

Aktar