Tennis
Goran Ivanisevic hu l-aħħar plejer tat-tennis li ħabbar li ttestja pożittiv għall-coronavirus

L-ex Champion ta’ Wimbledon Goran Ivanisevic hu l-aħħar plejer tat-tennis li ħabbar li ttestja pożittiv għall-coronavirus.

Ivanisevic kien preżenti wkoll għall-Adria Tour li organizza Novak Djokovic u li minnu diversi tennisti ttestjaw pożittiv.

Ivanisevic hu wieħed mill-kowċis ta’ Djokovic u din l-aħbar għamilha pubblika permez tal-profil tiegħu fuq instagram.

Djokovic ġie kritikat li ma jmissux organizza dan it-tournament minħabba s-sitwazzjoni li qed ngħixu bħalissa.

It-tennisti Grigor Dimitrov, Borna Coric u Viktor Troicki kollha ttesjtaw pożittiv wara dan it-tournament.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Tennis

Il-leġġenda Martina Navratilova, meqjusa bħala waħda mill-aqwa tennisti femminnili fl-Istorja, qalet li Coco Gauff hi tennista b’potenzjal li tista tibdel id-dinja għall-aħjar. It-tennista żagħżugħa Amerikana kellha diskors b’saħħtu ħafna waqt…

Tennis

Tennis: Tkompli l-kontroversja wara l-Adria Tour it-tournament tat-Tennis li organizza it-tennista Serb Novak Djokovic. Illum it-tennista Awstraljan Nick Kyrgios ikkritika bil-qawwa l-atteġjament xejn professjonali tat-tennista Alexander Zverev li meta dan…

Tennis

Maria Sharapova, waħda mill-aqwa tennisti femminili fid-dinja f’dawn l-aħħar snin, ħabret li rtirat mill-karriera professjonali tagħha. Ir-Russa ta’ 32 sena kellha karriera brillanti b’36 titlu WTA u kienet damet 21…

Aktar