Gowl spettakolari fl-Istati Uniti minn Dairon Asprilla

Aktar kmieni llum, fil-Major League Soccer tal-Istati Uniti, kien skurjat gowl li ġibed l-għajn fil-konfront bejn Portland Timbers u San Jose Earthquakes.

Portland Timbers kienu qed jirbħu 1-0 meta fil-55 minuta kellhom kontrattakk, u wara li l-goalkeeper avversarju ħarablu l-ballun minn idejh, Dairon Asprilla ħareġ barra l-kaxxa l-kbira, u filwaqt li rranġa l-ballun għamel ravoxxata spettakolari u tefa’ l-ballun fix-xibka għal 2-0.

Permezz ta’ din ir-rebħa Portland Timbers għandhom ċans kbir li jiksbu post fil-play-offs tal-MLS Cup.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA