Futbol lokali
FILMAT: Gowl uniku jibqa’ jagħti tama lil Qormi

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Qormi ………………1
Birkirkara ………..0

Qormi baqgħu jittamaw li jżommu posthom mal-kbar meta rebħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Birkirkara.  Għall-Istripes iddebutta l-kowċ John Buttigieg.
Birkirkara kellhom nieqes lil Kurt Zammit filwaqt li Qormi kellhom jgħaddu mingħajr Tensior Guzman li t-tnejn li huma kienu sospiżi.  Fl-ewwel rawnd kienu Birkirkara li għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 2-1. Kellna nistennew sad-29 minuta sabiex rajna azzjoni denja ta’ nota meta kien Johann Bezzina li avvanza tajjeb u b’xutt minn barra l-kaxxa ra l-ballun sejjer għoli.
Fil-31 minuta kien hemm frikik ta’ Clayton Failla għal Birkirkara bil-ballun imurlu għoli.

Fis-37 minuta kien Malela Bangoura li avvanza tajjeb għal Qormi u daħal fil-kaxxa bid-difiża Karkariża titfa’ għall-korner. Mill-istess korner, daqqa ta’ ras ta’ Davide Mansi u save tajjeb tal-gowlkiper tal-Istripes Naumowski. Fit-43 minuta kien hemm ġirja tajba ta’ Wellington Vieira ta’ Qormi li spiċċat b’xutt tajjeb li ġie milqugħ minn Naumowski għal korner.
Bl-ewwel taqsima tagħlaq bl-iskor ta’ 0-0.

Għaddew żewġ minuti u kellna frikik b’saħħtu ta’ Johann Bezzina għal Birkirkara bil-ballun jispiċċa barra.  Fis-57 minuta kien il-gowlkiper Kristijan Naumowski li salva tajjeb xutt b’saħħtu ta’ Lokando. Fil-65 minuta kien Wellington ta’ Qormi li fajjar xutt ieħor b’saħħtu li pero’ spiċċa ftit barra.  Fuq in-naħa l-oħra xutt ta’ Johann Bezzina għal Birkirkara sab l-oppożizzjoni tajba ta’ David Cassar li laqa’ f’żewġ tentattivi. Madankollu kienu Qormi li skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Kien hemm xutt minn barra l-kaxxa li ġie mblukkat mid-difiża Karkariża iżda pront daħal Antonio Rozzi li kważi minn tarf il-kaxxa approfitta u b’xutt tajjeb għeleb lil Naumowski.

Skor finali: Qormi 1 Birkirkara 0
BOV Plejer tal-Logħba kien Wellington Vieira ta’ Qormi.
Referi kien Eman Grech.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Aktar