Futbol lokali
Gozo Football League: Il-Hotspurs jibqgħu jirbħu fl-ewwel diviżjoni

Victoria Hotspurs kisbu l-għaxar rebħa minn ħdax-il partita fil-kampjonat b’rebħa kontra SK Victoria Wanderers biex baqgħu fl-ewwel post fil-klassifika. Il-Hotspurs sfortunati fil-wieħed u għoxrin minuta meta xutt ta’ Elton Da Silva spiċċa ma’ sieq il-lasta. Minn azzjoni ta’ korner huma fetħu l-iskor meta l-ballun wasal barra l-kaxxa għand Henrique Maciel li għeleb lil gowlkeeper b’xutt mill-ewwel 1-0.

Il-Hotspurs irduppjaw b’gowl ta’ Ferdinando Apap li ħasad lid-difiża b’xutt fil-baxx għal 2-0.

Fit-tlieta u erbgħin minuta żiedu gowl ieħor permezz ta’ konklużjoni ta’ Chris Camilleri wara kross ta’ Emiliano Lattes 3-0

Fit-tieni taqsima l-Hotspurs naqsu ħafna mill-pressjoni fuq l-avversarji u l-Wanderers aprofittaw biex naqsu d-distakk b’gowl ta’ Ian Xuereb li kien daħal bħala sostitut fit-tnejn u sebgħin minuta 3-1

Victoria Hotspurs ssiġillaw r-rebħa b’gowl ta’ Dwomoh Lombas Galder fid-disgħa u tmenin minuta għal skor finali 4-1. Referee: Mario Apap

 

Nadur Youngsters żammew il-pass mal-leaders Victoria Hotpsurs u baqgħu jittamaw li jistgħu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat b’rebħa ta’ 2-1 kontra Oratory Youths. Nadur fetħu l-iskor b’gowl ta’ Darko Krstic fl-erbgħa u tletin minuta minn azjoni ta’ korner, iżda Oratory kisbu d-draw tlett minuti wara permezz ta’ Joshua Buttigieg li aprofitta minn indeċiżjoni tal-gowlkeeper. Nadur skurjaw il-gowl li ddeċieda l-partita fil-ħamsin minuta permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin ta’ Josef Buttigieg. Nadur setgħu kabbru l-vantaġġ fit-tlieta u sebgħin minuta iżda xutt ta’ Stanimir Miloskovic spiċċa mal-lasta. Referee: Joseph Scerri

Klassifika GFA BOV Gozo Football League 1st Division

Victoria Hotspurs 11  31
Nadur Youngsters 11  27
Xewkija Tigers 11    21
Kerċem Ajax 11   16
Għarb Rangers 11   11
Għajnsielem FC 11   10
Oratory Youths 11   6
SK Victoria Wanderers 11  4

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…

Futbol lokali

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…

Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Aktar