Futbol lokali
Gozo Football League: Nadur lura għar-rebħ

KAMPJONAT GFA 2019/2020

Il-leaders tal-kampjonat Għawdxi Nadur Youngsters irkupraw mit-telfa li ġarrbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u kisbu rebħa ta’ erbgħa b’wieħed kontra Għajnsielem. Nadur daħlu jistrieħu fil-vantaġġ b’gowl skurjat minn Johan Alberto Castano fit-tmienja u għoxrin minuta. Nadur skurjaw tliet gowls oħra fit-tieni taqsima. Fit-tnejn u ħamsin minuta Stefan Cassar irdoppja b’xutt fil-baxx u fis-sebgħa u sittin minuta Nadur żiedu gowl ieħor permezz ta’ xutt bid-dawra ta’ Shaun Attard. Fil-ħamsa u sebgħin minuta Nadur skurjaw ir-raba’ gowl b’konklużjoni mill-viċin ta’ Brandon Said. Fid-disgħin minuta Għajnsielem skurjaw minn penalty ta’ Igor Nedeljkovic.
Referee tal-partita kien Philip Farrugia.

Xewkija Tigers kellhom rebħa ta ħamsa b’xejn kontra Xagħra United. Xewkija kif kien mistenni kienu ferm aktar offensivi u skurjaw żewġ gowls fl-ewwel taqsima permezz ta’ Claudio Antunes fit-tmintax-il minuta u gowl ta’ Johnny Camilleri fit-tnejn u tletin minuta. Xewkija baqgħu jidominaw mill-bidu tat-tieni taqsima u serrħu rashom mill-punti bi tliet gowls skurjati fi spazju ta’ ftit minuti. Jose Carlos Nogueira Junior skorja t-tielet gowl fit-tmienja u erbgħin minuta u Johnny Camilleri skorja żewġ gowls fid-disgħa u ħamsin minuta u fil-wieħed u sittin minuta biex għaqqad hat-trick personali u għamel l-iskor finali ħamsa b’xejn għal Xewkija.
Referee kien Slawomir Olucha

Victoria Hotspurs kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat meta għelbu lit-tim tal-aħħar post fil-klassifika Għarb Rangers bl-iskor ta’ ħamsa b’xejn. Victoria Hotspurs fetħu l-iskor fil-ħdax-il minuta b’konklużjoni ta’ Christian Mercieca u rduppjaw b’gowl ta’ Henrique Maciel li wasal fil-wieħed u erbgħin minuta. Emiliano Lattes skorja it-tielet gowl ta’ Victoria fit-tmienja u erbgħin minuta u Christian Mercieca għamel l-iskor erbgħa b’xejn fit-tnejn u sittin minuta. Victoria Hotpsurs issigillaw ir-rebħa bil-ħames gowl li wasal fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud permezz ta’ konklużjoni fil-baxx ta’ Emiliano Lattes.
Referee kien Jason Portelli.

Il-konfront bejn żewġ timijiet li qed jissieltu għal punti sabiex jżommu l-bogħod miż-żona tar-relegation, Kerċem Ajax u SK Victoria Wanderers intemm fi dro ta’ mingħajr gowls biex Kerċem żammew vantaġġ komdu ta’ sitt punti fuq l-istess Victoria fil-klassifika.
Referee kien Joseph Scerri.

B’dawn ir-riżultati fil-klassifika tal-kampjonat BOV Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni meta kull tim lagħab tnax-il partita, Nadur Youngsters jinsabu fl-ewwel post bi tlieta u tletin punt, Xewkija Tigers tmienja u għoxrin, Victoria Hotspurs tnejn u għoxrin, Għajnsielem wieħed u għoxrin, Kerċem Ajax sittax, SK Victoria Wanderers għaxar punti, Xagħra United sebgħa, u fl-aħħar post Għarb Rangers b’erbgħa punti.

GFA BOV GOZO FOOTBALL LEAGUE 2019/20 – KLASSIFIKA

Nadur Youngsters FC  33
Xewkija Tigers FC 28
Victoria Hotspurs FC 22
Għajnsielem FC 21
Kerċem Ajax FC 16
SK Victoria Wanderers 10
Xagħra United FC 7
Għarb Rangers FC 4

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-14-il klabb tal-Kampjonat BOV Premier għandhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jsir mill-Kampjonat BOV Premier f’dan l-istaġun jekk kemm-il darba ma jitkomplix iżda seba’ klabbs qablu fil-prinċipju li dan il-kampjonat għandu…

Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Aktar