Graham Borg fl-Ironman ta’ Copenhagen

It-triatleta tal-Club ta’ Birkirkara St Joseph Graham Borg ipparteċipa fit-tieni kompetizzjoni tal-Iron man għat-tieni sena konsekuttiva. Borg kellu riżultat tajjeb ħafna hekk kif f’Copenhagen id-Danimarka hu tejjeb il-prestazzjoni tas-sena ta’ qabel b’44 minuta.

L-Ironman ta’ din is-ena rat il-parteċipazzjoni ta’ xejn inqas min 3,000 triatleta u fiha kien hemm 50 slot għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonati Dinjija tal-Ironman li se jsiru fl-2015.

Il-kompetizzjoni li jmiss jieħu sehem fiha Borg issa se tkun il-Palermo Olympic Distance Triahlon li se ssir f’Palermo fit-28 ta’ Settembru.

U l-atleta Wayne Spiteri wkoll ta’ Birkirkara St Joseph rebaħ l-avveniment inawgurali tal-istaġun taċ-ċikliżmu fl-Individual Time Tral Series.

Marie Claire Aquilina ta’ Greens Cycling Club spiċċat l-ewwel atleta femminili.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Ftit jiem qabel ma jibda l-Open ta’ Franza magħruf aħjar bħala r-Roland Garros, l-Ispanjol Rafael Nadal stqarr li mhux ser ikollu tournament faċli sabiex iwettaq il-ħolma tiegħu li jirbaħ dan…

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Wara diversi riżultati interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, hemm timijiet li għadhom jissieltu għall-ewwel punti fil-klassifika, filwaqt li…

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni Play-offs L-Ewwel Logħba – Semifinali Fl-ewwel logħba mis-semifinali tal-play-offs tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, Marsaskala Fish n Fish għelbu lil Marsaxlokk Browns 10-4. Marsaskala kienu aħjar mill-avversarji…

SUPER CUP EWROPEA 2020 Bayern Munich….2 Sevilla……………….1 (wara l-ħin barrani) Bayern Munich rebħu s-Super Cup Ewropea meta fil-partita li tnlagħbet f’Budapest, fl-Ungerija, għelbu lil Sevilla bi skor ta’ 2-1, bil-gowl…

Aktar