Sports Internazzjonali
Grand Prix b’differenza fl-Ingilterra

Filwaqt li l-Ħadd s-sewwieqa tal-Formula 1 kienu qegħdin jikkompetu bejniethom fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone, f’villaġġ ieħor fl-Ingilterra, numru ta’ sewwieqa oħra kienu qegħdin jikkompetu f’tournament xi ftit differenti, il-Grand Prix tal-Karozzi bil-Pedali. Din il-Grand Prix issir darba kull sentejn u allura t-timijiet ikollhom ċans biżżejjed sabiex jibnu l-karozzi tagħhom.

B’kollox ħadu sehem tlieta u tletin tim, b’erba’ sewwieqa f’kull tim, f’tellieqa ta’ sagħtejn fil-villaġġ storiku ta’ Ringwood. Jidher li aktar minn elfejn ruħ huma stmati li ħonqu t-toroq madwar iċ-ċirkwit ta’ 1.4 kilometri. It-tellieqa ta’ din is-sena kienet xi ftit aktar iebsa, f’temperaturi mhux tas-soltu, ta’ 30 grad celsius.

Il-karozza bil-pedali jkolli b’kollox erba’ roti, li tinstaq mill-persuna billi jdawwar saqajh daqslikieku qiegħed isuq rota. Ħafna mill-karozzi kienu mibnija mit-timijiet stess, minnhom magħmula minn vetturi agrikoli. It-toqol tal-karozza u l-istamina tas-sewwieqa huma żewġ fatturi importanti f’din it-tellieqa, b’mod speċjali meta s-sewwieqa jibdlu lil xulxin, fejn jintilef ħin prezzjuż.

Din is-sena t-tellieqa ntrebħet mill-Apollo Racing No. 2, bil-karozza tkun misjuqa minn Ben Taylor ta’ 17-il sena, u l-parrinu tiegħu Jes Featherstone ta’ 43 sena. Dawn iż-żewġ sewwieqa marru fuq quddiem minn kmieni fit-tellieqa u baqgħu l-ewwel matul il-71 lap li kellhom. It-tim Dredfull Racing spiċċa fit-tieni post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-lum f’Singapore biex żied il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika tas-sewwieqa tal-kampjonat mondjali għal 40 punt fuq Sebastian Vettel ta’ Ferrari. Hamilton baqa’ kalm u konsistenti sal-aħħar…

Formula 1

Lewis Hamilton u l-Mercedes reġgħu għamlu l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali biex għada l-Ħadd se jitilqu mill-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Singapore. L-Ingliż, li jinsab 30 punt vantaġġ fuq Sebastian Vettel,…

Formula 1

Formula 1: Hekk kif illum bdew il-provi tal-Grand Prix ta’ Singapore is-sewwieq tas-Sauber Charles Leclerc li se jkun qed jingħaqad mal-Ferrari mill-istaġun li ġej flok Kimi Raikkonen ikkraxxja u għamel…

Sports Internazzjonali

Novak Djokovic ser ikun qiegħed jiltaqa’ ma’ Juan Martin del Potro fil-finali ta’ dan il-Grand Slam meta rnexxielu jegħleb lil Kei Nishikori 6-3, 6-4, 6-2. Matul il-logħba, iċ-ċampjin ta’ Wimbeldon…

Aktar