International Sports
Grand Prix f’Silverstone biex ifakkar is-70 anniversarju mill-ewwel Grand Prix

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju 1950.

F’dak l-ewwel Grand Prix kien ħareġ rebbieħ it-Taljan Giuseppe Farina fuq Alfa Romeo, quddiem 150 elf spettatur fosthom ir-Re u r-Regina tal-Ingilterra.

Il-Grand Prix tal-Ħadd se jkun il-ħames Grand Prix ta’ dan l-istaġun dominat mill-COVID 19, u t-tieni wieħed konsekuttiv li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone.

Iċ-Champion tad-dinja Lewis Hamilton qiegħed jiddomina anki din is-sena u hu fost l-ikbar favoriti li jirbaħ dan il-Grand Prix li jfakkar is-70 anniversarju mill-ewwel Grand Prix.

Miktub minn...
Chris Cassar