Għawm
Grant Kritinzer jinħatar coach ta’ Sirens ASC

Grant Kritinzer, li mexxa lill-għawwiem Andrew Chetcuti għal żewġ parteċipazzjonijiet Olimpiċi inħatar b’mod uffiċjali bħala coach ta’ Sirens ASC.

Kritinzer se jkun qed jieħu post Craig Gibbons li rritornu lura fir-Renju Unit wara esperjenza qasira f’Malta.

Il-coach il-ġdid ta’ Sirens ASC għandu esperejnza vasta fil-qasam tal-coaching tal-għawm fejn kien jikkowċja diversi għawwiema fl-Afrika t’Isfel.

Intant fi stqarrija maħruġa mil-Club ta’ Sirens kien konfermat li l-għawwiem Andrew Chetcuti ddeċida li jirtira mix-xena kompettitiva. Chetcuti rebaħ diversi midalji għall-pajjiżna f’diversi edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjiżi Żghar tal-Ewropa u kif ukoll sal lum għandu diversi rekords Nazzjonali fosthom fil-50m u fil-100m freestyle li kienu d-dixxiplini favorti tal-għawwiem li kien ibbażat barra minn xtutna.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.