Futbol internazzjonali
Grawnd f’La Palma jintlaqat mil-lava tal-vulkan Cumbre Vieja

Wieħed mill-grawnds f’La Palma fi Spanja beda jaqbad meta l-lava li ħierġa mill-vulkan Cumbre Vieja waslet sa ħdejh.

Il-Ħamis filgħodu, numru ta’ siġar u arbuxelli kienu qed jaqbdu minħabba l-lava li għadha ħierġa mill-vulkan fuq din i-gżira Spanjola.

Nhar it-Tlieta li għadda, mas-700 resident kienu ordnati jabbandunaw djarhom, filwaqt li fl-istess ġurnata nħassu numru ta’ theżżiżiet.

Għalkemm l-ajruport ta’ La Palma baqa’ miftuħ, mit-Tlieta bdew jiġu kkanċellati t-titjiriet.

Fi tliet ġimgħat, il-lava qerdet mal-1,186 binja u ġew evakwati mas-6,700 persuna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA