Motorsport
Grech, Scicluna u Farrugia jirbħu fl-Autocross ASMK

Nhar il-Ħadd li għadda l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat id-disa’ program mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. Matul il-ġurnata l-Assoċjazzjoni bdiet b’attivita Fun Race għal Muturi Motocross fejn l-għaqda kienet qed tospita il-Van tal-Monster Energy Drink li bħalissa qed jagħmel tour madwar l-Europa. Nhar il-Ħadd li għadda kien imissu li jiġi Malta waqt l-attivita’ tal-Autocross u l-Motocross tal-ASMK.

Matul din iż-żjara organiżata minn General Soft Drinks Ltd il-Van tal-Monster Energy tpoġġa fil-korsa fejn kienu organizzati Free Jumps min Riders Maltin biex jittieħdu numru tar-rittrati tal-okkazzjoni. Din l-esperjenza għal crew tal-Monster Energy ma waqfetx mal-Muturi biss izda kompliet mal-Karozzi fejn is-Sewwieqa kellhom l-okkżzjoni jsuqu mal-Van tul il-korsa kollha f’numru ta’ dawriet. Wara dan, il-crew offra xarba Monster Energy lir-Riders, Sewwieqa u anke li Spettaturi prezenti.

Intant matul il-ġurnata rajna 19 -il kompetitur jirreġistra għad-disa’ attivita’ Autocross fejn fil-Klassi Modified rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta, Jean Paul Grech fuq Peugoet 106 u Noel Zammit fuq Fiat Punto jiddominaw il-Heats tal-ġurnata u rrnexilhom jakkwistaw 24 punt ta’ kwalifikazzjoni kull wieħed biex jassiguraw posthom fil-finali Klassi A. Ma dawn ikkwalifikaw ukoll Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova u Joseph Spiteri fuq Opel Corsa.

Il-Final Klassi A Modified intrebħet minn Jean Paul Grech.

Fil-Finali Klassi B Modified kien Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta li rebaħ.

Fil-Finali Klassi Standard ir-rebbieħ kien Deane Farrugia fuq Citroen AX.

Intant il-Program ta attivitajiet tal-Assoċjazzjoni sa jkompli nhar is-Sibt li ġej 26 ta’ Mejju 2018 bit-tmien tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Dan il-program jibda fl-4pm u l-gate tiftaħ fis-2pm.

Miktub minn...
TVMSports