Futbol internazzjonali
Greece Super League: PAOK jirbħu l-kampjonat wara 34 sena, it-tielet wieħed fl-istorja tal-klabb

Eluf ta’ partitarji ta’ PAOK inġabru fil-belt ta’ Thessaloniki biex jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat f’34 sena. Bil-bnadar suwed u bojod, b’nar tal-ajru u flares, il-partitarji ċċelebraw ir-rebħ tat-tielet kampjonat fl-istorja tal-klabb.

PAOK għelbu lil-Levadiakos bl-iskor kbir ta’ 5-0 fit-Toumba Stadium, f’atmosfera impressjonanti, fejn il-partitarji xprunaw lill-plejers għal din ir-rebħa konvinċenti u r-rebħ tal-kampjonat. Avolja PAOK anke fallew penalty fl-ewwel taqsima, dan ma naqqas xejn miċ-ċelebrazzjonijiet li komplew wara fit-toroq ta’ Thessaloniki. B’din ir-rebħa, PAOK baqgħu mhux megħluba f’dan l-istaġun, meta fadal logħba waħda għat-tmiem u jinsabu 5 punti fuq Olympiakos li jinsabu t-tieni.

Għal PAOK dan kien staġun brillanti, anke minħabba l-fatt li rnexxilhom jeħduh minn idejn Olympiakos, li r-rivalità bejniethom tmur lura għal ħafna snin. Barra minn hekk, fl-istaġun li għadda, PAOK prattikament tilfu l-kampjonat tort tal-partitarji tagħhom li qalgħu ħafna nkwiet fl-aħħar logħbiet u allura kellhom xi punti mnaqqsa, u s-sid tal-klabb, ir-Russu Ivan Savvidis kien sospiż mill-futbol għal 3 snin wara li deher dieħel fil-grawnd b’pistola wara dahru.

Fil-fatt, Savvidis kien qiegħed barra l-istadium eżatt qabel bdiet il-logħba biex feraħ lil kull plejer u baqa’ jsegwi l-konfront fuq it-televiżjoni minn imkien viċin il-grawnd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum wara nofs in-nhar minn Grupp B il-Ġappun għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 3-0. Taisei Miyashiro fetaħ l-iskor fil-21 minuta biex fit-tieni taqsima l-Ġappun skurjaw darbtejn oħra minn Kyosuke Tagawa fit-52…

Futbol internazzjonali

Charlton ġew promossi għaċ-Championship wara li f’Wembley Stadium llum wara nofs in-nhar fil-play off għall-promozzjoni huma għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Sunderland li fetħu l-iskor minn auto goal…

Futbol internazzjonali

Il-players ta’ Bayern Munich iċċelebraw ir-rebħ tad-double bi pranzu kbir is-Sibt filgħaxija. Iċ-Champions Bayern għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-0 fil-finali tat-Tazza Ġermaniża aktar kmieni s-Sibt. Il-gowls ta’ Bayern waslu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Aktar