Bowling
Gruppetta u Carannante ser jirraprezentaw lil Malta fil “ Qubica AMF World Cup” fl-Indonesia f’Novembru li ġej

Philip Gruppetta u Tiziana Carannante rebħu  l-kwalifikazzjonijiet għat-tazza tad-dinja Qubica AMF li saru dawn l-aħħar jiem fl-Eden Super Bowl.

Dawn il-kwalifiki saru fuq “oil pattern” kemmxejn iebes, iżda Gruppetta tela’ fuq quddiem mill-ewwel ġurnata bl-logħob konsistenti li nkuluda wkoll logħba ta 261, li spiċċat l-ogħla logħba tal-kwalifiki kollha. Fil-fatt, kienu biss Mark Muscat, Neil Sullivan u Paul Gray li rnexxielhom izommu xi ftit viċin ta’ Gruppetta wara l-ewwel  12 -il loghba. Muscat rnexxielu jnaqqas ftit id-distakk iżda Gruppetta żamm sod u spiċċa rebah b’meja b’saħħitha ta’ 207 pin. 

Fil-kwalifiki tan-nisa, kien hemm taqtigħa tajba fejn  Cynthia Frendo Duca, li tinsab f’forma tajba din is-sena, ħarget b’saħħa kbira fl-ewwel sitt loghbiet biex spiċċat fuq quddiem.   Carannante, l-isportiva Maltija tas-sena 2017, naqqset id-distakk fit-tieni ġurnata biex daħlet kwazi ras imb ras ma’ Frendo Duca wara 12 -il logħba.  Carannate lagħbet tajjeb u konsistenti fl-aħħar 6 logħbiet biex qabżet lil Frendo Duca u b’hekk rebħet b-medja tajba ta 202 pin. Melissa Swift spiċċat fit-tielet post. 

Carannante and Gruppetta issa jmorru l-Indonesia f-Novembru biex jirrapreżentaw lil pajjiżna fit-tazza tad-Dinja.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Tenpin Bowling: Fl-Open ta’ Ġibilta’ il-player veterana Sue Abela kisbet riżultati pożittivi hekk kif spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija tal-veterani tan-nisa. Hi kellha medja tajba ta’ 203 punt. Fil-klassifika overall hi…

Bowling

Kayden Lagana, ta’ 11-il sena, żied fuq il-Midalja tal-Fidda li rebaħ il-ġimgħa l-oħra bir-rebħ tal-Midalja tad-Deheb fl-Irlanda fi tmiem il-ġimgħa. Lagana ddomina l-grupp tiegħu mill-bidu, b’medja tajba ħafna ta’ 194…

Bowling

Dwayne Zahra, li għandu 14 -il sena spiċċa l-ewwel fil-kategorija D, filwaqt li Kayden Lagana, li għandu 11 -il sena spiċċa fit-tieni post fil-kategorija B fit-tieni Tour Ewropej taż-żgħażagħ 2019/2020,…

Bowling

Dennis Mercieca u Sue Abela huma r-rebbieħa tal-Kampjonati BOV tas-Seniors tal-Bowling. Mercieca u Abela telgħu fuq quddiem mill-bidu net fl-ewwel ġurnata fil-kampjonat li ntlagħab fuq 3 ijiem, b’medja għolja ta’…

Aktar