GSSE 2015 Iżlanda – Sa issa Deheb – 2 Fidda – 8 – Bronż – 16

GSSE _Iżlanda 2015

Illum tiġi fi tmiemha s-sittax-il edizzjoni tal-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa.

Jiem ta’ attivita jiġu fi tmiemhom fil-ħin li ġej, qabel iċ-ċerimonja tal-għeluq illejla, u l-wasla lura Malta tal-kontinġent il-Ħadd.

Bilanċ sa issa kollox ma’ kollox pożittiv, b’żewġ midalji tad-deheb, it-tnejn fl-Atletika minn Charlotte Wingfield u Kevin Moore, tmien midalji tal-fidda, u sittax tal-bronż.

Total sa issa ta’ 26 midalja, diġa waħda iktar minn sentejn ilu fil-Lussemburgu, qabel l-aħħar ġurnata ta’ logħob, is-Sibt.

Midalji għal Malta li apparti fl-Atletika, ġew ukoll fl-Għawm, Tennis u Table Tennis fost oħrajn, iżda fuq kollox numru ta’ midalji miksuba f’dixxiplini bħal m’huma l-Ġinnastika u l-Judo.

Fejn marru s-26 midalja ghal Malta sa issa :-
Deheb 2 – Charlotte Wingfield (100metru_Atletika)
Kevin Moore (400m_Atletika)
Fidda – 8 Rebecca Camilleri (Atletika)
Andrew Chetcuti (Għawm) x2
Ginnastika Nisa
Giselle Camilleri (Atletika)
Peppijna Dalli (Ġinnastika Artistika)
Janet Richard (Atletika)
Elaine Genovese u Katrina Sammut (Tennis Doubles)
Bronż – 16 William Vella (Air Rifle)
Michael Umnov (Għawm)
Jessica Pace u Victoria Lucenkova (Table Tennis) x2
Suzanne Buttigieg (Ġinnastika)
Claire Azzopardi (Ġinnastika)
Andrew Chetcuti (Għawm)
Elaine Genovese (Tennis)
Marcon Bezzina 9Judo)
Joanna Camilleri (Judo)
Georgi Atanasov (Judo)
Jeremy Saywell ( Judo)
Murman Kurcilova (Judo)
Relay Team Irġiel (Għawm)
Team Nisa (Basketball)
Matthew Asciak (Tennis)

Miktub minn...
Rodney Vassallo