GSSE 2019
GSSE 2019: Bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar.

Il-midalji għal Malta kienu 6 deheb, 12 fidda u 9 bronż.

Is-sitta deheb waslu tnejn minn Jordan Gusman fil-5000m u fl-10000m, tnejn minn Lisa Marie Bezzina fil-5000m u fl-10000m, Gianluca Chetcuti Sparar Double Trap u Eleanor Bezzina fil-Air Pistol 10m.

L-Uniċi sports li ma ħadniex midalja fihom kienu t-Table Tennis, Basketball u Beachvolley.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar