GSSE 2019
GSSE 2019: Charlotte Wingfield titkellem dwar iċ-ċansijiet tagħha fil-Montenegro

Jumejn ‘il bogħod mill-ftuħ uffiċjali tat-18 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru fil-Montenegro u jkompli jintensfika t-taħriġ ta’ diversi atleti Maltin.

F’Malta waslet ukoll l-isprinter Charlotte Wingfield li f’dawn il-jumejn kompliet it-taħriġ personali għaż-żewġ kompetizzjonijiet li se tkun qed tikkompeti fihom jiġifieri l-100m u l-200m. Iżda apparti t-taħriġ personali hi kienet qed titħarreġ ukoll mat-tfajliet l-oħra li se jkunu qed jiġru fir-Relay tal-4 x100m. It-Team li hu ffurmat minn Sara Busuttil, Analise Vassallo, Claire Azzopardi u Wingfield tħarrġu flimkien u ppruvaw il-baton change għall-ewwel darba il-Ġimgħa filgħaxija fil-Matthew Micallef Stadium fil-Marsa.

F’din l-intervista Wingfield titkellem ukoll dwar kif irkuprat mill-injury li kellha f’darha u fil-hamstring u dwar iċ-ċansijiet tagħha li terġa’ titla’ fuq il-podju fil-100m u fil-200m.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar