GSSE 2019
GSSE 2019: Claire Azzopardi tirbaħ il-fidda fit-Triple Jump

Fl-aħħar ġurnata tal-kompetizzjoni tal-atletika irregalat ukoll midalja sorpriża hekk kif Claire Azzoaprdi rebħet il-midalja tal-fidda meta spiċċat fit-tieni post fit-Triple Jump. Hi qabżet distanza ta’ 12:30cm li għalkemm mhux il-personal best tagħha hi klassifikat fit-tieni post u ħadet l-ewwel midalja f’dan il-logħob fl-ewwel esperejza tagħha fl-atletika. Azzopardi kienet ħadet sehem fil-ġinnastika fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta’ erba’ snin ilu meta kienet rebħet fidda fit-team event u bronż fl-individwali fil-floor event.

Ġimgħatejn ilu Azzopardi waqqfet rekord nazzjonali ġdid fit-triple jump meta qabżet 12.44cm u kisret ir-rekord preċedenti tal-kollega tagħha Rebecca Sare’ b’żewġ ċentimetri li kienet stabilixxitu f’Ġunju tas-sena 2016.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar