GSSE 2019
GSSE 2019: Fit-Tennis sfortuna għal Asciak li jweġġa’ fil-kwarti finali, u Genovese fis-semi finali

Fit-tennis Matthew Asciak kien sfortunat li kellu jirtira mill-kwarti tal-finali kontra Marco de Rossi minn San Marino meta dan weġġa’ l-hamstring u minkejja li pprova jkompli iżda ma setax. Asciak kien rebaħ l-ewwel set 6-1, iżda weġġa’ meta kien 2-2 fit-tieni set.

Dian kellu effett ħażin ukoll fuq Omar Sudzuka hekk kif it-tnejn kellhom jilagħbu fid-doubles. Asciak, anki jekk b’diffikultà evidenti, xorta onora l-logħba, iżda l-koppja mill-Montenegro ftit kellha diffikultà biex tirbaħ 6-2, 6-1.

Intant Sudzuka kien eliminat mill-aħħar 16 fl-individwali b’telfa kontra Birkir Gunnarsson tal-Iżlanda. Hu kien rebaħ l-ewwel set 6-3 iżda l-Iżlandiż wieġeb b’żewġ rebħiet ta’ 6-2 u 6-4.

Iż-żagħżugħa Francesca Curmi wkoll kienet eliminata mir-rawnd tal-aħħar 16 b’telfa kontra Sylvie Marie Zuend mil-Liechtenstein. Curmi tilef l-ewwel set 2-6 iżda wieġbet bir-rebħ tat-tieni set 6-1, madankollu Zuend irkuprat biex rebħet is-set deċiżiv 6-2.

Elaine Genovese għaddiet għas-semifinali b’rebħa ta’ 6-2, 6-3 kontra Danae Petroula u tilgħab illum kontra Eleonora Molinaro Simon. Genovese flimkien ma’ Francesca Curmi għaddew għas-semifinali b’rebħa f’żewġ sets missielta kontra l-Iżlanda.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar