GSSE 2019
GSSE 2019: Gusman u Mizzi jirbħu fidda u bronż fl-atletika

It-tieni ġurnata tal-atletika ntemmet b’żewġ midalji li waslu minn żewġ atleti Maltin – Awstraljani jiġifieri Jordan Gusman u Damien Mizzi rispettivament.

Jordan Gusman wara li l-bieraħ rebaħ id-deheb fil-5,000m, illum daħal fit-tieni post fl-1500m f’tellieqa li mhiex il-preferuta tiegħu u li ma kienx qed jippjana li jikkompeti fiha. Hu kien fuq quddiem iżda fl-aħħar 100metru nqabeż mill-atleta tal-Lussemburgu u spiċċa ħa l-midalja tal-fidda. It-tieni midalja għalih f’jumejn.

Il-Midalja l-oħra fl-atletika waslet minn Damien Mizzi fl-400m meta fil-finali u daħal fit-tielet post meta rkupra tajjeb fl-aħħar 150m meta kien maqtuħ mal-ewwel tlieta, sabiex f’tellieqa stupenda għaliħ ġab midalja oħra għal Malta.

Fl-1500m tal-lum Paula Grech għamlet ħin ta’ 04:31:79 li hu ftit ‘il bogħod mir-rekord nazzjonali eżistenti ta’ Tania Blake ta’ 04:29:01. Din kienet biss it-tielet tellieqa ta’ Grech tal-1500m.

F’riżultati oħra fil-200m Jacob ElAida Chafey spiċċa fid-disa’ post meta m’għamiliex għall-finali. Huħ Omar ElAida Chafey weġġa’ u ma setax jiġri.

Charlotte Wingfield fil-Heat tal-200m spiċċat fir-raba’ post overall u se tiġri fil- finali għada. Hi għamlet ħin ta’ 24.71.

Fil-Long jump Claire Azzopardi qabżet 5:95 u għamlet personal best u spiċċat ir-raba’ post għal 3 ċentimetri ‘il bogħod mill-bronż.  Rebecca Sare’ qabżet 5:65 u temmet fis-sitt post.

Kienu fl-azjoni illum ukoll Monalisa Camilleri fl-1500, Lisa Marie Bezzina; Roberta Schembri u fit-3,000m steeplechase Luke Micallef.

Damien Mizzi
Jordan Gusman
Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar