GSSE 2019
GSSE 2019: Ian Paul Grech jirbaħ ukoll il-fidda fit-Triple Jump

Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa stupenda għal Ian Paul Grech li fl-aħħar ġurnata tal-kompetizzjoni tal-programm tal-atletika rnexxielu jirbaħ il-midalja tal-fidda b’qabża ta’ 15 -il metru eżatt. Grech tejjeb il-kulur u l-valur tal-midalja li rebaħ sentejn ilu fl-istess dixiplina f’San Marino meta kien rebaħ il-midalja tal-bronż. Il-Midalja tad-deheb intrebħet minn Longinos Achilleos ta’ Ċipru u l-bronż minn Grigoros Nikolaou ta’ Ċipru wkoll.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar