GSSE 2019
GSSE 2019: Il-KOM jagħżel lil Lisa Marie Bezzina biex iġġor il-bandiera fiċ-ċerimonja tal-għeluq illejla

Kif antiċpa l-bieraħ TVM Sports se tkun il-long distance runner Lisa Marie Bezzina li se tkun qed iġorr il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-għeluq tat-18 -il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa.

Iċ-ċerimonja se ssir fil-villaġġ tal-atleti f’Budva l-Montenegro fil-preżenza tal-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach u l-Prim Ministru tal-Montenegro Dusko Markovic.

Lisa Marie Bezzina rebħet żewġ midalji tad-deheb għal Malta fil-5000, u fl-10000m fl-atletika. Sa issa t-total ta’ midalji mirbuħa għal Malta hu dak ta’ 27 inkluża l-midalja tal-finali tad-doubles tan-nisa finali li tintlgħab aktar tard illum u possibilita’ ta’ tnejn bronż oħra fil-basketball fl-aħħar ġurnata.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar