GSSE 2019
GSSE 2019: Il-kontinġent Malti jasal il-Montenegro
Għada ċ-ċeremonja tal-ftuħ
Kmieni dalgħodu l-kontinġent Malti għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa telaq  fi triqtu lejn il-belt kapitali tal-Montenegro Podgorica.
Neqsin mill-kontinġent li ħalla Malta dalgħodu kien hemm l-erbatax-il għawwiema li telqu ġurnata qabel u li diġa’ kellhom l-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ mal-kowċ Nazzjonali Artem Goncharenko.
Fost l-uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti li qed jakkumpanjaw il-kontinġent hemm il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello.
Matul il-ġurnata tal-lum diversi atleti jkollhom l-ewwel sessjonijiet ta’ taħriġ qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-Tnejn filgħaxija.
Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar