GSSE 2019
GSSE 2019: L-Għawm jintemm b’midalja tal-fidda minn Andrew Chetcuti

Hekk kif il-Ħamis intemmu l-kompetizzjonijiet tal-għawm l-għawwiem Andrew Chetcuti għalaq b’midalja tal-fidda oħra li waslet fil-50m Butterfly.

Din kienet it-tielet midalja għal Chetcuti u tlieta fidda għalih wara li rebaħ fidda oħra mat-team tal-4 x 100m free u fidda wkoll mat-team tal-4 x 200 free.

It-total ta’ midalji mirbuħa mill-għawm f’din l-edizzjoni hu ta’ 10,  hekk kif huma tliet midalji iktar mill-aħħar edizzjoni li saret f’San Marino meta dakinhar mis-seba’ mirbuħa kienu kollha mirbuħa mill-irġiel.

F’din l-edizzjoni it-tfajliet Maltin b’kollox rebħu erba’ midalji (tnejn individwali ta’ Alexandra Mcgonigle u Maya Azopardi u tnejn fir-relays).

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
GSSE 2019

Hekk kif intemmet it-18 -il edizzjoni tal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, Malta tagħlaq permezz ta’ bilanċ finali ta’ 27 midalja, tnejn inqas minn sentejn ilu iżda bi tnejn deheb aktar. Il-midalji…

GSSE 2019

Tmiem diżappuntanti għat-team nazzjonali tal-basketball tan-nisa hekk kif fl-aħħar logħba dik li kienet deċiżiva kontra l-Lussemburgu t-tfajliet Maltin tilfu 76-58 sabiex kienu l-Lussemburgiżi li ħadu l-midalja tal-bronż. Sentejn ilu n-nisa…

Aktar