Formula 1
Guanyu Zhou jirbaħ l-ewwel Grand Prix virtwali tal-Formula 1

Iċ-Ċiniż Guanyu Zhou rebaħ il-Grand Prix inawgurali tal-Bahrain, l-ewwel tellieqa li saret virtwali wara li l-Grand Prix propju spiċċa pospost minħabba l-coronavirus. Il-ġimgħa li għaddiet kienet ħarġet l-aħbar li kull darba li suppost kellha ssir tellieqa u din ġiet posposta minħabba l-pandemija tal-Covid-19, minflok kienet ser issir Grand Prix virtwali bis-sehem ta’ diversi sewwieqa. Dan sar sabiex il-vojt li qed jitħalla mill-Formula 1 jimtela’ mod ieħor, u l-partitarji ta’ dan l-isport ikollhom il-faċilità li jsegwu tellieqa xorta waħda.

Fil-pole position, kien is-sewwieq Philipp Eng li spiċċa fuq quddiem u fit-tellieqa tal-Ħadd telaq mill-ewwel post, segwit minn Esteban Gutierrez u Guanyu Zhou. Iċ-Ċiniż mar fuq quddiem kmieni fit-tellieqa, wara li Johnny Herbert irnexxilu jmur fl-ewwel post mal-ħruġ.

Iċ-Ċiniż Zhou approfitta minn pit stop kmieni fit-tellieqa wara li minflok 28 lap spiċċaw daru biss 14-il waħda minħabba problema tekniċi. Stoffel Vandoorne daħal fit-tieni post filwaqt li Eng spiċċa fit-tielet post. It-tellieqa li jmiss ser issir fil-5 t’April, imma minflok fil-Vjetnam ser issir fl-Awstralja. Is-sewwieqa mhux jiltaqgħu flimkien għal dawn it-tlielaq, imma kulħadd qiegħed itellaq minn pajjiżi separati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

L-erba’ darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1 Sebastian Vettel irrikonoxxha li l-karriera tiegħu se tintemm hekk kif jintemm l-istaġun. Il-Ġermaniż se jkun qed isuq għall-aħħar sena mal-Ferrari bis-sewwieq Carlos Sainz li…

Formula 1

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-istaġun tal-Formula 1, is-sewwieqa jidher li qed jiftehmu bejniethom dwar x’tip ta’ azzjoni għandhom jagħmlu biex jibgħatu messaġġ kontra r-razziżmu. Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris…

Formula 1

Fil-Formula 1 kollox lest sabiex sa fl-aħħar jiżannżu l-magni dan l-istaġun bil-ftuħ tal-kampjonat 2020. Fi tmiem il-ġimgħa jsir l-ewwel Grand Prix fl-Awstrija fir-Red Bull Ring li se jkun qed jospita…

Formula 1

Is-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton, attenda l-protesta li organizza l-grupp tal-Black Lives Matter, u li saret f’Hyde Park, f’Londra, ilbieraħ. Hamilton ta parir lil min qed imexxi l-grupp biex jibqgħu…

Aktar