Futbol lokali
Gudja jkomplu jissorprendu, jiġu draw ma’ Ħamrun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Ħamrun Spartans………..2

Gudja United ………………2

Gudja United kisbu t-tieni punt staġjonali meta ġew dro ta’ 2-2 kontra Ħamrun Spartans. 

Ħamrun Spartans fetħu tajjeb u wara ħames minuti kien Jorge Ailton Soares li spara xutt li ġie newtralizzat bi bravura kbira minn Jonathan Debono.

Fis-16-il minuta reġa’ kienu Ħamrun din id-darba permezz ta’ Soufiane Lagzir li xxuttja mir-rokna u reġa’ kien Debono li salva tajjeb. 

Fil-31 minuta kien l-istess Lagzir li bir-ras ra l-ballun sejjer għoli. 

Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Ħamrun fetħu l-iskor. Kienet azzjoni verament tajba bil-ballun jasal għand Marco Criaco li b’xutt bomba għeleb lil Jonathan Debono.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Ħamrun 1-0 minn fuq. 

Gudja ħarġu ferm motivati u ġabu l-iskor indaqs fit-48 minuta. Kienet azzjoni ta’ korner bil-ballun jasal għand Juan Andres Bolanos li bir-ras għeleb lil Bartolo. 

Fit-63 minuta, frikik għal Gudja mogħti minn Carlos Santana sab l-oppożizzjoni ta’ Manuel Bartolo li nxteħet fuq in-naħa leminija tiegħu sabiex laqa’ tajjeb il-ballun.

Gudja komplew ikunu ferm tajbin fit-tieni taqsima u kien proprju Manuel Bartolo li reġa’ salva b’mod impekkabbli xutt ta’ Godwin Mensah. 

Fid-79 minuta kienu Ħamrun li ttantaw xortihom meta wara azzjoni ta’ korner, kien Wilfried Domoraud li ra l-gowlkiper Debono jilqa’ tajjeb. 

Iżda reġgħu kienu Gudja li skorja eżattament fil-81 minuta. Kien Russell Winchester li daħal fil-kaxxa u b’xutt meqjus għeleb għat-tieni darba lil Bartolo. 

Fis-86 minuta, Gudja kienu żvinturati li ma skorjawx it-tielet gowl meta xutt ta’ Winchester ħabat mal-mimduda. 

Kien hawn li l-kowċ ta’ Ħamrun Manuele Blasi daħħal lil Ryan Darmanin flok Mattia Cinquini sabiex isaħħaħ l-attakk. U kien proprju hawn li l-kowċ Taljan laqat il-musmar fuq rasu meta kien l-istess Darmanin li bir-ras għeleb  lil Debono.

Skor Finali: Ħamrun 2 Gudja 2.

BOV Plejer tal-Logħba kien Carlos Santana ta’ Gudja United.

Referi kien Malcolm Spiteri.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar